Bużnanna Great grandmother
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal BUŻNANNA għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir wieħed mis-sinjali għal NANNA, jiġifieri, b’id waħda li tieħu l-forma ta’ U, bis-swaba’ tal-U jippuntaw dritt ’l fuq u jteptpu darbtejn fuq il-ġenb tal-imnieħer. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal IT-TIENI. L-id iżżomm l-istess forma ta’ U u ddur biex il-pala tiġi tħares l-ewwel ’il ġewwa imbagħad ’il barra.
The sign for GREAT GRANDMOTHER has two parts. (i) First, one of the signs for GRANDMOTHER is made with one hand that takes the shape of the letter U, that is, with the U fingers pointing straight up. These fingers tap twice on the side of the nose. (ii) Then, the sign for SECOND is made. The hand still in the shape of U rotates so that the palm faces first inwards then outwards.